Welcome


  

Sinjuri,

Għan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, ġentilment nixtieq nilqagħkom fil-website uffiċjali tal-Belt Marittima, l-Belt tal-Birgu.  Inizjattiva oħra li ħa l-Kunsill Lokali tal-Birgu biex jirrivitalizza u jimmodernizza s-sit uffiċjali tiegħu.

Jien, flimkien ma’ sħabi l-Kunsilliera ninsabu mpenjati biex nutilizzaw l-aħħar teknoloġija, biex noħolqu riżorsi li bihom jibbenefikaw ir-residenti u n-nies li jżuru l-Belt Vittoriosa, u l-internet huwa sors ewlieni ta’ informazzjoni li jista’ jgħin biex dan l-għan jinkiseb.

Din il-Belt antika u medjevali, żmien ilu kienet ġiet assedjata minn setgħat qawwija kif ukoll assedju ieħor fit-Tieni Gwerra Dinjija, fejn din il-Belt ġiet imġarrfa.  Bħal fil-mitoloġija Punika, permezz tar-resistenza taċ-ċittadini tagħha, l-Belt tal-Birgu qamet u saret Belt ta’ arti u kultura. 

Aħna nemmnu li s-sit elettroniku tagħna huwa għodda importanti biex juri lid-dinja l-aspett storiku, arkitettoniku, kulturali u dak soċjali ta’ din il-Belt, bażikament dak kollhu li toffri l-Belt tal-Birgu. 

Grazzi talli qed iżżuru www.birgu.gov.mt

John Boxall
Sindku 

On behalf of the Birgu Local Council, I would like to welcome you to the official website of Malta’s oldest Maritime Capital, the City of Birgu. Yet another initiative which the Local Council embarked upon to re-vitalise and modernize its official website.

My fellow councellors and myself, are equally dedicated to utilizing the latest technology to create helpful resources that benefit the residents and visitors of Citta Vittoriosa; and the internet is a rapid worldwide information service to achieve these aims.

This ancient, medieval City, long ago battered and besieged by the might of opposing powers suffered another bitter siege in World War II, which laid it once again in ruins. Like the mythological phoenix , through the resilience of its citizens, Birgu rose from its ashes to emerge defiantly as a City of art and culture.

We believe that our website is another important tool to advertise to the world the historical, architectural, cultural and social aspects of the City of Birgu - basically what the City of Birgu is capable to offer.

Thank you for visiting www.birgu.gov.mt

John Boxall
Mayor


“OPEN THE DOOR” – Proġett għaz-zgħazagħ taħt il-programm Youth in Action imtella’ ġewwa Belvi f’Sardinja, l-Italja bejn l4 u l-11 ta’ Mejju, 2013

Nhar is-Sibt  4 ta’ Mejju, 2013, sitt zgħazagħ mill-Birgu, Svetlana Doublet, Marta Mifsud, Maria Chiara Montesin, Lydon Fenech, Adrian Saliba u Johann Spagnol akkumpanjati minn Moira Azzopardi skrivana tal-Kunsill Lokali tal-Birgu responsabbli minn dan il-proġett kif ukoll group leader, telqu lejn il-villagg ta’ Belvi f’Sardinja l-Italja sabiex jipparteċipaw fil-proġett “Open the Door” taħt il-programm Youth in Action ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

view


Gita għal Ġurnata fi Sqallija
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ser jorganizza mawra ta' ġurnata fi Sqallija, nhar il-Ħadd 9 ta' Ġunju, 2013 fejn ser inżuru, il-Belt ta' Marzamemi, l-post tas-sajjieda tat-tonn, Lago di Santa Rosalio, bl-opportunita li nżuru ċ-ċentru kummerċjali Ibleo, kif ukoll inżuru l-Belt ta' Pozzallo.
view


Jiltaqghu s-Sindki tal-Kottonera ul-Kalkara

Nhar is-Sibt 6 t`April,2013 .matul in-nofs tan-nhar ta’ filghodu, fuq inizjattiva personali tas-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall, iltaqghu s-Sindki tal-Kottonera, is-Sindku tal-Isla, s-Sur Justin John Camilleri s-Sindku ta’ Bormla, is-Sinjura Alison Zerafa Civelli, u s-Sinjura Speranza Chircop, s-Sindku tal-Kalkara u dak tal-Birgu, s-Sur John Boxall fl-ufficini amministrattivi tal-Kunsil Lokali tal-Birgu fil-Berga ta’ Franza.

 

view


Laqgħa Preliminari relatata mall-proġett “Open the Door”
Bejn l-24 u l-25 ta’ Marzu, 2013 ġewwa Belvi f’Sardinja, l-Italja ltaqgħu l-ħames group leaders li ser ikunu qed jieħdu ħsieb liz-zgħazagħ parteċipanti fil-proġett “Open the Door” li ser jittella’ f’Belvì bejn l-4 u l-11 ta’ Mejju, 2013.
view


Jirrapreżentaw lill-Kunsill Lokali tal-Birgu fi proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja fil-Polonja
Nhar il-Ħadd 10 ta’ Frar 2013, għaxar żgħażagħ mill-Birgu akkumpanjati mill-Viċi Sindku, s-Sur Trevor Mizzi u mis-Sinjorina Maria Elsworth (Group Leader) telqu għall-villaġġ ta’ Swinoujscie fil-Polonja sabiex flimkien ma’ żgħażagħ oħra minn dan il-villaġġ u mill-villaġġ ta’ Murter fil-Kroazja jieħdu sehem fil-proġett ‘‘Tastes of Europe’’ taħt it-taqsima Youth in Action iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja.
view


Jintagħqu flimkien iż-żgħażagħ li ser immorru l-Polonja għall-Proġett ’'Tastes of Europe’’ taħt l-Iskema Youth in Action.
Bi preparazzjoni għas-sehem tagħom fil-proġett ‘’Tastes of Europe’’ taħt l-iskema Youth in Action ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea li ser isir fil-villaġġ ta’  Swinoujscie  fil-Polonja bejn il-11 u s-17 ta’ Frar, 2013, l-għaxar żgħażagħ li ser jirrapreżentaw lill-Kunsill Lokali tal-Birgu, nhar is-Sibt 2 ta’ Frar, 2013 intagħqaw flimkien fil-Berġa ta’ Franza.
view


Żjara ġewwa l-Villaġġ Żgħir ta’ Birgi fit-Turkija
Fil-ġranet li għaddew, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ġie mistieden sabiex iżur il-villaġġ żgħir ta’ Birgi ġewwa t-Turkija. Din l-istedina waslet mingħand is-Sindku ta’ Birgi is-Sur Muhittin Cumur Sener waqt il-konferenza ‘‘International Historical Towns Conference’’ li s-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall kien qed jattendi f`Ottubru li għadda ġewwa Dubrovnik, il-Kroazja.
view


Żjara minn Dr YoungHoon Kwaak, President tal-World Citizens Organisation, WCO
Nhar it-Tnejn 21 ta’ Jannar, 2013, wasal fostna Dr YoungHoon Kwaak, Korean, President tal-World Citizens Organisation WCO wara stedina li saritlu mill-Kunsill Lokali tal-Birgu.   Dr Kwaak kien iltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-istess Kunsill waqt il-konferenza “7th Silk Road Mayors’ Forum” li kienet saret f’Gaziantep it-Turkija ftit tax-xhur ilu. Għal Dr Kwaak din kienet l-ewwel żjara tiegħu fil-Gżejjer Maltin, zjara qasira li għamel sabiex speċifikament iżur il-Belt Marittima Kapitali tal-Birgu.
 
view


Skambju taż-Żgħażagħ "Open the Door" - Belvi f'Sardinja, l-Italja
Bejn l-4 u l-11 ta’ Mejju, 2013, grupp ta' 6 żgħażagħ mill-Birgu, Svetlana Doublet, Lydon Fenech, Marta Mifsud, Maria Chiara Montesin, Adrian Saliba and Johann Spagnol, se jkunu qed jipparteċipaw fl-iskambju taż-żgħażagħ "Open the Door", proġett approvat taħt il-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. Il-promotur ta 'dan il-proġett hija l-belt ġemellata magħna, il-belt ta' Belvi f'Sardinja.
view